Kawża T-364/18: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2018 – Arçelik vs EUIPO (MicroGarden)
C2682018MT4810120180611MT0058481481
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2018 – Arçelik vs EUIPO (MicroGarden)
(Kawża T-364/18)2018/C 268/58Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Arçelik AS (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: A. Franke, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MicroGarden” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 971 988
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ April 2018 fil-Każ R 163/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) Regolament Nru 2017/1001;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy