Kawża T-367/18: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2018 – Sixsigma Networks Mexico vs EUIPO – Marijn van Oosten Holding (UKIO)
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2018 – Sixsigma Networks Mexico vs EUIPO – Marijn van Oosten Holding (UKIO)
(Kawża T-367/18)
2018/C 276/87Lingwa tar-rikors: l-IngliżPartijiet
Rikorrenti: Sixsigma Networks Mexico, SA de CV (Messiku, il-Messiku) (rappreżentanti: C. Casas Feu u J. Dorado Lopez-Lozano, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marijn van Oosten Holding BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant/Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark verbali tal-Unjoni “UKIO”/Trade mark tal-Unjoni Nru 15 070 023
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 1536/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001.