10.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/16
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2018 – Colombani vs SEAE
(Kawża T-372/18)
(2018/C 319/19)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jean-Marc Colombani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikjara u tiddeċiedi li,
—
id-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Baġit u tal-Amministrazzjoni tas-SEAE tad-9 ta’ Novembru 2017 (ADMIN(2017)21) li tistabbilixxi l-lista ta’ uffiċjali promossi għall-proċedura ta’ promozzjoni 2017 hija annullata sa fejn hija ma tinkludix isem ir-rikorrent;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni applikati mis-SEAE fil-proċedura ta’ promozzjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas amministrattiv, l-assenza tal-osservanza tal-proċedura qabel l-adozzjoni tal-lista tal-uffiċjali proposti għal promozzjoni u inugwaljanza fit-trattament.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tas-SEAE tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-merti tar-rikorrent u fuq inugwaljanza fit-trattament fl-evalwazzjoni tal-kriterju ta’ anzjanità.
Full & Egal Universal Law Academy