Kawża T-374/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2018 – Labiri vs KESE
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2018 – Labiri vs KESE
(Kawża T-374/18)
2018/C 285/55Lingwa tal-kawża: il-FranċiżPartijiet
Rikorrenti: Vassiliki Labiri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
titlob lill-konvenut, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, jipproduċi d-deċiżjoni tat-30 ta’ Marzu 2016 tas-Segretarju Ġenerali tal-KESE li permezz tagħha huwa ddeċieda li l-ebda passi ma għandhom jittieħdu kontra l-kap tad-diviżjoni tar-rikorrenti;
—
tiddikjara u tiddeċiedi li,
—
id-deċiżjoni tat-30 ta’ Marzu 2016 tas-Segretarju Ġenerali tal-KESE li ma jittieħdu l-ebda passi kontra l-kap tad-diviżjoni tar-rikorrenti u li ma tittiħidx azzjoni ulterjuri fir-rigward tat-talba għal assistenza/ilment tagħha tal-14 ta’ Diċembru 2007, hija annullata;
—
il-KESE huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jirriżulta mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) kif ukoll fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni li jirriżultaw mill-Ftehim ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l-Kumitat tar-Reġjuni tas-17 ta’ Diċembru 2007.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li jagħti lil kull persuna d-dritt għal amministrazzjoni tajba. B’mod partikolari, id-deċiżjoni kkontestata ttieħdet bi ksur tad-dritt tar-rikorrenti li tinstema’ u tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni li wettaq il-KESE billi adotta deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni ulterjuri li tirreferi illegalment għal ftehim ta’ arranġament li seħħ f’kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, kif ukoll għall-konklużjonijiet tal-investigazzjoni amministrattiva li qatt ma eżaminat jekk il-fatti li huma s-suġġett tal-ilment tar-rikorrenti setgħux jikkostitwixxu oġġettivament fastidju psikoloġiku.