8.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 364/12
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2018 – Gollnisch vs Il-Parlament
(Kawża T-375/18)
(2018/C 364/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bruno Gollnisch (Villiers-le-Mahieu, Franza) (rappreżentant: B. Bonnefoy-Claudet, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tikkonstata n-natura irregolari tad-deċiżjoni tal-President tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun, innotifikata fl-20 ta’ Marzu 2018;
—
tannulla din id-deċiżjoni;
—
tannula fl-istess waqt id-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-President tal-Parlament Ewropew kif ukoll dik tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew dwar l-ilmenti mressqa quddiemhom fit-2 ta’ Mejju 2018;
—
tirrelata l-atti u l-miżuri meħuda fil-konfront tal-atti msemmija iktar ’il fuq;
—
tattribwixxi lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 1 bħala kumpens għad-dannu morali li jirriżulta mill-esklużjoni tiegħu mill-vjaġġ parlamentari u min-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-kumpens li għalih kien intitolat;
—
tattribwixxilu wkoll is-somma ta’ EUR 3 500 bħala l-ispejjeż marbuta mat-tħejjija ta’ dan ir-rikors;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv: ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jirregolaw ix-xogħol tad-delegazzjonijiet u tal-missjonijiet barra mill-Unjoni Ewropea tad-deputati Ewropej.
2.
It-tieni motiv: ksur tad-dritt għal rimedju effettiv u għal amministrazzjoni tajba.
Full & Egal Universal Law Academy