3.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/13
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2018 – Intercept Pharma u Intercept Pharmaceuticals vs EMA
(Kawża T-377/18)
(2018/C 311/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Intercept Pharma Ltd (Bristol, ir-Renju Unit) u Intercept Pharmaceuticals, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: L. Tsang, J. Mulryne, E. Amos u H. Kerr-Peterson, Solicitors, u F. Campbell, Barrister)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni ASK-40399 kkomunikata mill-konvenuta lir-rikorrenti fil-15 ta’ Mejju 2018, sabiex tirrilaxxa xi dokumentazzjoni taħt ir-Regolament 1049/2001/KE; u
—
tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż kif ukoll spejjeż oħra fir-rigward ta’ din il-kwistjoni.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-inċiż dwar “proċedimenti fil-qrati” fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament 1049/2001/KE ma kienx operattiv f’din il-kawża, fuq il-bażi li d-dokumentazzjoni ma kinitx dokument “ippreparat għall-finijiet ta’ proċedimenti fil-qrati”. Bħala punt ta’ liġi, il-konvenuta jmissha kkonkludiet li l-eċċezzjoni kienet operattiva.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ulterjuri jew sussidjarja li l-unika konklużjoni legalment permissibbli ta’ eżerċizzju ta’ bbilanċjar, taħt l-inċiż dwar “interessi kummerċjali” tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament 1049/2001/KE, kienet tkun deċiżjoni li d-dokumentazzjoni ma tiġix irrilaxxata, fid-dawl ta’: (i) il-preponderanza ċara tal-interess privat tar-rkorrenti li jevitaw żvelar; u (ii) l-interess merament vag u ġeneriku tal-interess pubbliku fl-iżvelar.
Full & Egal Universal Law Academy