Kawża T-378/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2018 – NHS vs EUIPO – HLC SB Distribution (CRUZADE)
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2018 – NHS vs EUIPO – HLC SB Distribution (CRUZADE)
(Kawża T-378/18)
2018/C 276/91Lingwa tar-rikors: l-IngliżPartijiet
Rikorrenti: NHS, Inc. (Santa Cruz, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Olson, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: HLC SB Distribution, SL (Irún, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “CRUZADE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 528 112
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ April 2018 fil-Każ R 1217/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 528 112 għal “skateboards u l-partijiet tagħhom”;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.