24.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 341/16
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2018 – WI vs Il-Kummssijoni
(Kawża T-379/18)
(2018/C 341/28)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: WI (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati;
—
tordna l-ħlas tal-pensjoni tal-konjuġi superstiti lil [WI];
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu kontra d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Awwissu 2017, li tirrifjuta li tagħti pensjoni tas-superstiti lir-rikorrent, kif ukoll id-deċiżjoni konfermattiva, dan tal-aħħar jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-kunċett ta’ konjuġi superstiti kif ukoll ksur tal-Artikolu 1d(2) u tal-Artikolu 17 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), peress li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq interpretazzjoni restrittiva u żbaljata tal-kunċett ta’ konjuġi superstiti previst mir-Regolamenti tal-Persunal sabiex tiċħad it-talba tar-rikorrent ta’ rikonoxximent tal-istatus tiegħu ta’ konjuġi superstiti.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ dmir ta’ premura, peress li, skont ir-rikorrent, il-Kummissjoni kellha tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali tal-kawża sabiex tinterpreta l-Artikolu 17 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal fis-sens li r-rikorrent jista’ jibbenefika ipso iure minn pensjoni taħt l-istatus tiegħu ta’ konjuġi superstiti.
Full & Egal Universal Law Academy