Kawża T-380/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Intas Pharmaceuticals vs EUIPO – Laboratorios Indas (INTAS)
C2942018MT5410120180625MT0068541552
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Intas Pharmaceuticals vs EUIPO – Laboratorios Indas (INTAS)
(Kawża T-380/18)2018/C 294/68Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Intas Pharmaceuticals Ltd (Ahmedabad, l-Indja) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratorios Indas, SA (Pozuelo de Alarcón, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “INTAS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 153 811
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ April 2018 fil-Każ R 815/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
alternattivament, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-oppożizzjoni għandha tiġi rrinvjata quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni biex terġa tikkunsidra l-oppożizzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża u ta’ dawk ikkaġunati minn din il-kawża, u għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell;
—
alternattivament, jekk il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni, tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjent flimkien u in solidum għall-ispejjeż tal-kawża u ta’ dawk ikkaġunati minn din il-kawża, u għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy