Kawża T-381/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Engel vs EUIPO – F. Engel (ENGEL)
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Engel vs EUIPO – F. Engel (ENGEL)
(Kawża T-381/18)
2018/C 276/92Lingwa tar-rikors: l-IngliżPartijiet
Rikorrenti: Engel GmbH (Pfullingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Pfitzer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: F. Engel K/S (Haderslev, id-Danimarka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva “ENGEL” – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 178 629
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 1423/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
—
tissospendi l-proċedura sakemm jingħataw id-deċiżjonijiet dwar it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade marks ta’ F. ENGEL.
Motivi invokati
—
Ksur tar-Regola 20(7)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95;
—
Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq.