Kawża T-383/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta Ġunju 2018 – Sta*Ware EDV Beratung vs EUIPO – Accelerate IT Consulting (businessNavi)
C2942018MT5510120180626MT0069551562
Rikors ippreżentat fis-26 ta Ġunju 2018 – Sta*Ware EDV Beratung vs EUIPO – Accelerate IT Consulting (businessNavi)
(Kawża T-383/18)2018/C 294/69Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sta*Ware EDV Beratung GmbH (Starnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Bölling u M. Graf, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Accelerate IT Consulting GmbH (Ahlen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni businessNavi – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 155 698
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 434/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Kanċellazzjoni tas-16 ta’ Frar 2017 (Kanċellazzjoni Nru 12 336 C) u ddikjarat li t-trade mark tal-Unjoni Nru 9 155 698 businessNavi (trade mark figurattiva) għandha tibqa’ rreġistrata għas-servizzi li ġejjin fil-klassi 42:
Aġġornament tas-softwer informatiku, konsulenza fil-qasam tal-ħardwer informatiku, konsulenza tas-softwer informatiku, analiżijiet tas-sistemi tal-informatika, disinn tas-sistemi tal-informatika, ġestjoni tad-data f’servers, servizzi ta’ pprogrammar informatiku, konsulenza informatika (servizzi tal-informazzjoni dwar it-teknoloġija), ipprogrammar informatiku, konsulenza dwar il-ħardwer u s-softwer, implimentazzjoni ta’ programmi tal-informatika f’netwerks, installazzjoni u manutenzjoni ta’ softwer għall-aċċess għall-internet, installazzjoni ta’ programmi tal-informatika, konfigurazzjoni ta’ netwerks tal-informatika bl-użu ta’ softwer, monitoraġġ tal-prestazzjoni u analiżi tal-operazzjonijiet tan-netwerk, ġestjoni tas-server, ġestjoni ta’ proġett tekniku fil-qasam tal-ipproċessar informatiku;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 58(1)(a) u 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mar-Regola 22(3) u (4) u r-Regola 40(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95.
Full & Egal Universal Law Academy