Kawża T-387/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Delta-Sport vs EUIPO – Delta Enterprise (DELTA SPORT)
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Delta-Sport vs EUIPO – Delta Enterprise (DELTA SPORT)
(Kawża T-387/18)
2018/C 285/57Lingwa tar-rikors: l-IngliżPartijiet
Rikorrenti: Delta-Sport Handelskontor GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Delta Enterprise Corp. (New York, New York, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea DELTA SPORT – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 327 911
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ April 2018 fil-Każ R 1894/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedimenti quddiem il-Ħames Bord tal-Appell;
—
tadotta kull miżura oħra li tqis xierqa.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.