Kawża T-392/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta Ġunju 2018 – Innocenti vs EUIPO – Gemelli (Innocenti)
Rikors ippreżentat fit-28 ta Ġunju 2018 – Innocenti vs EUIPO – Gemelli (Innocenti)
(Kawża T-392/18)
2018/C 285/60Lingwa tar-rikors: it-TaljanPartijiet
Rikorrenti: Innocenti SA (Lugano, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Ferretti, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Filippo Gemelli (Torino, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Innocenti” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7 502 181
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ April 2018 fil-Każ R 2336/2010-5
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tirriforma, billi tannullaha, d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell Nru 2336/2010-5 u tiċħad l-oppożizzjoni ta’ Filippo Gemelli għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 007502181.
Motivi invokati
—
Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-preżentazzjoni tad-dokumenti li jikkonfermaw id-deċiżjoni ta’ revoka minħabba nuqqas ta’ użu quddiem it-Tribulnale di Torino (it-Tribunal ta’ Torino);
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.