27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/40
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2018 – Hugo’s Hotel vs EUIPO – H’ugo’s (Hugo’s Burger Bar)
(Kawża T-397/18)
(2018/C 301/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hugo’s Hotel Ltd (San Ġiljan, Malta) (rappreżentant: R. Sladden, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: H’ugo’s GmbH (München, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Hugo’s Burger Bar fl-aħmar, iswed u abjad – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 608 806
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 1879/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell;
—
tiddikjara li n-numru tal-applikazzjoni 014608806 jista’ jiġi rreġistrat
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy