Kawża T-398/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Pielczyk vs EUIPO – Thalgo TCH (DERMAEPIL SUGAR EPIL SYSTEM)
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Pielczyk vs EUIPO – Thalgo TCH (DERMAEPIL SUGAR EPIL SYSTEM)
(Kawża T-398/18)
2018/C 285/61Lingwa tar-rikors: l-IngliżPartijiet
Rikorrent: Radoslaw Pielczyk (Klijndijk, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: K. Kielar, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Thalgo TCH (Roquebrune-sur-Argens, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Nru 11 649 324
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ April 2018 fil-Każijiet magħquda R 979/2017-4 u R 1070/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, sa fejn il-Bord tal-Appell:
a)
ċaħad l-appell tar-rikorrent fil-Każ R 979/2017-4;
b)
laqa’ parzjalment it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ Thalgo TCH fil-Każ R 1070/2017-4 għal prodotti fil-klassi 3 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice;
c)
iddikjara t-trade mark tal-Unjoni Nru 11 649 324 invalida wkoll għall- prodotti fil-klassi 3;
d)
ikkonferma parzjalment id-deċiżjoni tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2017 (proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 11 974 C) li fiha, skont id-deċiżjoni, it-trade mark tar-rikorrent ġiet iddikjarata invalida għal prodotti fil-klassi 3;
—
tordna lil Thalgo TCH tħallas l-ispejjeż sostnuti fil-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO u quddiem il-Bord tal-Appell;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tar-Regola 22(3) u (4) moqrija flimkien mar-Regola 40(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 95;
—
Ksur tal-Artikolu 64(2) u (3) moqri flimkien mal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.