27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/41
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – Landesbank Baden-Württemberg vs BUR
(Kawża T-400/18)
(2018/C 301/55)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Landesbank Baden-Württemberg (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u K. Rübsamen, avukati)
Konvenuti: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, tat-12 ta’ April 2018, dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex-ante tal-2018 lill-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni Bankarja (SRB/ES/SRF/2018/03) inkluż l-anness tagħha, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inkluż l-anness tagħha, tikkonċerna l-kontribuzzjoni tar-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-411/17, Landesbank Baden-Württemberg vs BUR (1).
(1) ĠU 2017, C 277, p. 51.
Full & Egal Universal Law Academy