8.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 364/13
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2018 – SFIE-PE vs Il-Parlament
(Kawża T-401/18)
(2018/C 364/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Sindakat tal-Uffiċjali Internazzjonali u Ewropej – Taqsima tal-Parlament Ewropew (SFIE-PE) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors odjern ammissibbli u fondat;
—
konsegwentement:
—
tannulla d-deċiżjoni tat-2 ta’ Lulju 2018 li tirrikjedi lil interpreti sabiex jipprodvu servizzi minimi fit-3 ta’ Lulju 2018, kif ukoll id-deċiżjonijiet futuri li permezz tagħhom interpreti jiġu rikjesti jipprodvu servizzi minimi fl-4, fil-5, fl-10 u fil-11 ta’ Lulju 2018;
—
tikkundanna lill-konvenut sabiex jipprovdi kumpens għad-anni morali ivvalutat ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 10 000;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal rikors għal azzjonijiet kollettivi u tad-dritt għall-informazzjoni u għall-konsulatazzjoni, kif sanċiti fl-Artikoli 28 u 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u d-Direttiva 2002/14/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tal-11 ta’ Marzu 2003 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati fil-Komunità Ewropea [– Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tal-ħaddiema (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 219) u speċifikati u implementati mill-ftehim qafas bejn il-Parlament Ewropew u l-organizzazzjonijiet sindikali jew professjonali tal-persunal tal-istituzzjoni tat-12 ta’ Lulju 1990, kif ukoll fuq il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba kif sanċit fl-Artikolu 41 ta-Karta.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq in-nuqqas kompetenza tal-awtur tal-att u fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal rikors effettiv kif previst fl-Artikolu 47 tal-Karta.
Full & Egal Universal Law Academy