27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/42
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – Pharmadom vs EUIPO – Objectif Pharma (WS wellpharma shop)
(Kawża T-403/18)
(2018/C 301/56)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Pharmadom (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentant: M-P. Dauquaire, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Objectif Pharma (Vandoeuvre-lès-Nancy, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea WS wellpharma shop – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 494 751
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 1448/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea għall-prodotti u għas-servizzi msemmija kollha;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, u kif ukoll lill-kumpannija Objectif Pharma jekk din tal-aħħar tiddeċiedi li tintervjeni fil-proċedimenti.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy