Kawża T-404/18: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – Zhadanov vs EUIPO (PDF Expert)
C2942018MT5910120180702MT0073591591
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – Zhadanov vs EUIPO (PDF Expert)
(Kawża T-404/18)2018/C 294/73Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Igor Zhadanov (Odessa, l-Ukrajna) (rappreżentant: P. Olson, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni PDF expert – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 257 735
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ April 2018 fil-Każ R 1813/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tirreġistra l-applikazzjoni għat-trade matk tal-Unjoni Ewropea Nru 16 257 735 għall-prodotti li ġejjin: “software tal-applikazzjonijiet tal-informatika għall-kompjuters personali, telefons mobbli u prodotti elettroniċi mobbli oħrajn, b’mod partikolari, software għall-wiri, l-editjar u l-amministrazzjoni ta’ dokumenti PDF”;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
il-Bord tal-Appell wettaq żball billi ma rrikonoxxiex in-natura partikolari tal-prodotti li saret applikazzjoni għalihom;
—
il-Bord tal-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tal-provi meta kkonkluda li t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha ma kellhiex karattru distintiv miksub permezz tal-użu.
Full & Egal Universal Law Academy