Kawża T-405/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2018 – Holmer Dahl vs BUR
C2942018MT5920120180703MT0074592602
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2018 – Holmer Dahl vs BUR
(Kawża T-405/18)2018/C 294/74Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Helene Holmer Dahl (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset, A. Sellés Marco, C. Iglesias Megías u A. Lois Perreau de Pinninck, avukati)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-dannu mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti bħala riżulta tal-azzjonijiet u tal-omissjonijiet kollha tiegħu li ċaħduha mill-azzjonijiet f’BANCO POPULAR ESPAÑOL, S.A., li kienu proprjetà tagħha;
—
tikkundanna lill-Bord iħallas lir-rikorrenti bħala ammont ta’ kumpens għad-danni subiti (l-“ammont dovut”);
—
għad-danni materjali, l-ammont totali ta’ EUR 160558,41 għad-deprezzament fil-valur tal-azzjonijiet ta’ Banco Popular; u
—
għad-danni morali, ammont ta’ EUR 160558,41 jew kull ammont li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xieraq;
—
tordna li jiġi inkrementat l-ammont dovut permezz ta’ interessi kumpensatorji, mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;
—
tordna li jiġi inkrementat dan l-ammont flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata din is-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali.
—
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (2017, C 424, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy