10.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/18
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – WP vs EUIPO
(Kawża T-407/18)
(2018/C 319/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: WP (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2017 li tirrifjuta t-tieni tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju skont l-Artikolu 2(f) tal-KIAO (Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea); u
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-EUIPO kiser il-prinċipju ta’ legalità billi kiser id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (Regolamenti) u tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (KIAO) jiġifieri l-Artikolu 56 tal-KIAO u l-Artikolu 110 tar-Regolamenti u li d-deċiżjoni kkontestata hija nieqsa minn kull bażi legali oħra.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-EUIPO kiser il-prinċipju ta’ legalità, wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni u naqas mid-dmir tiegħu ta’ premura lejn il-persunal.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-EUIPO kiser ir-rekwiżiti tar-Regolament 45/2001 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) u (2)(b).
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-EUIPO kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.
(1) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).
Full & Egal Universal Law Academy