Kawża T-413/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2018 – Portigon vs BUR
C2942018MT6110120180704MT0076611611
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2018 – Portigon vs BUR
(Kawża T-413/18)2018/C 294/76Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Portigon AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Bliesener u V. Jungkind, avukati)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut, tat-12 ta’ April 2018, dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex-ante tal-2018 għall-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek (SRB/ES/SRF/2018/03), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka 7 motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-420/17, Portigon vs BUR ( 1 ).
( 1 ) ĠU 2017, C 277, p. 56.
Full & Egal Universal Law Academy