Kawża T-421/18: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2018 – Bauer Radio vs EUIPO – Weinstein (MUSIKISS)
C2942018MT6310120180710MT0078631631
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2018 – Bauer Radio vs EUIPO – Weinstein (MUSIKISS)
(Kawża T-421/18)2018/C 294/78Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bauer Radio Ltd (Peterborough, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Messenger, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Simon Weinstein (Vjenna, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MUSIKISS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 317 616
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 510/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tar-rikorrenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy