27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/44
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2018 – Geske vs EUIPO (SATISFYERMEN)
(Kawża T-427/18)
(2018/C 301/59)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: André Geske (Lübbecke, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Albrecht, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “SATISFYERMEN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 886 541
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 2603/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy