10.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/21
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2018 – American Airlines vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-430/18)
(2018/C 319/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: American Airlines, Inc. (Fort Worth, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Poitras, Solicitor, J. Ruiz Calzado u J. Wileur, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni u ta’ żamma tad-drittijiet (Deċiżjoni C(2018) 2788 tat-30 ta’ April 2018);
—
tikkundanna lill-Kummissjoni u lil kull intervenjent insostenn tal-Kummissjoni għall-ispejjeż; u
—
tordna kull miżura oħra li l-Qorti Ġenerali tista’ tqis adegwata fiċ-ċirkustanzi tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni Ewropea wettqet żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni C(2018) 2788 tat-30 ta’ April 2018 li fiha hija qieset li Delta kellha d-dritt tikseb id-drittijiet ta’ anterjorità fir-rigward tal-islots magħmula disponibbli minn American Airlines fuq il-bażi tal-impenji ppreżentati fil-kuntest tal-Każ M.6607 (“l-impenji”).
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat il-kriterju legali żbaljat għall-kisba tad-drittijiet ta’ anterjorità fuq il-bażi tal-impenji.
Ir-rikorrenti ssostni li fl-evalwazzjoni ta’ jekk Delta kinetx għamlet “użu xieraq” tal-islots fuq il-bażi tal-impenji, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-unika analiżi li kellha ssir kienet dik li tivverifika li Delta ma kinetx f’sitwazzjoni ta’ “abbuż”. Ir-rikorrenti ssostni barra minn hekk li, kuntrarjament għall-pożizzjoni tal-Kummissjoni, eżami tat-termini, tal-kuntest u tal-għan tal-impenji jwassal għall-konklużjoni li “l-assenza ta’ abbuż” ma hijiex rilevanti u li l-interpretazzjoni korretta tal-kunċett ta’ “użu xieraq” fl-impenji kienet teżiġi li l-Kummissjoni tivverifika jekk l-użu tal-islots kienx “skont l-offerta” formalment ippreżentata minn Delta sabiex tingħata l-islots.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn hija tqis li Delta ssodisfat ir-rekwiżit ta’ “użu xieraq”.
Ir-rikorrenti ssostni li peress li Delta għażlet li titbiegħed mill-offerta tagħha, il-Kummissjoni kellha tiddetermina jekk din id-deroga u l-livell definittiv tal-użu tal-islots setgħux jiġu aċċettati fid-dawl tal-indikaturi ekonomiċi rilevanti u tal-analiżi sabiex tiġi żgurata l-kompetizzjoni u għalhekk tiżgura li l-benefiċċji tal-konsumatur jiġu mmassimizzati.
Full & Egal Universal Law Academy