10.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/23
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – Palo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-432/18)
(2018/C 319/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Peeter Palo (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ottubru 2017 li ma tagħtix lir-rikorrent l-allowance temporanju previst taħt l-Artikolu 12(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ April 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-11 ta’ Diċembru 2017 kontra d-deċiżjoni msemmija hawn fuq;
—
tordna lill-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrent għad-danni materjali subiti minnu;
—
tordna lill-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrent għad-danni morali subiti minnu;
—
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 12(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-dmir ta’ premura.
Full & Egal Universal Law Academy