17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/52
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – Bax vs BĊE
(Kawża T-433/18)
(2018/C 328/71)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Annemieke Bax (Frankfurt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE tal-14 ta’ Diċembru 2017, li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrenti sabiex tibbenefika mill-iskema ta’ għajnuna għal tranżizzjoni professjonali implementata mill-BĊE;
—
jekk meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tat-8 ta’ Mejju 2018 li tiċħad l-appell speċjali tar-rikorrenti;
—
tordna lill-BĊE jħallas lir-rikorrenti kumpens għad-danni morali sostnuti fl-ammont ta’ EUR 20 000;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ċertezza legali.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-Deċiżjoni SEC/EB/X/17/398a.rev-1/final (“Metodoloġija Ġenerali għall-Implementazzjoni Prattika tal-Iskema ta’ Għajnuna għal Tranżizzjoni Professjonali (CTS)”) hija illegali, inter alia għaliex tikser id-Deċiżjoni ECB/2017/NP 19 tas-17 ta’ Mejju 2017.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut naqas milli jissodisfa d-dmir ta’ diliġenza tiegħu lejn ir-rikorrenti.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq allegata diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, kuntrarjament għad-Direttiva 2006/54. (1)
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba l-applikazzjoni ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà sproporzjonati.
(1) Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU 2006, L 204, p. 23).
Full & Egal Universal Law Academy