27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/45
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – Vans vs EUIPO (ULTRARANGE)
(Kawża T-434/18)
(2018/C 301/60)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vans, Inc. (Costa Mesa, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Hirsch u M. Metzner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni ULTRARANGE – Applikazzjoni Nru 16 665 663
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2018 fil-Każ R 2544/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy