3.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/20
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2018 – Ortlieb Sportartikel vs EUIPO (Poligonu ottagonali)
(Kawża T-449/18)
(2018/C 311/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ortlieb Sportartikel GmbH (rappreżentanti: A. Wulf u K. Schmidt-Hern, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ poligonu ottagonali) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 047 466
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ April 2018 fil-Każ R 1634/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy