1.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/38
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2018 – Biasotto vs EUIPO – OOFOS (OOF)
(Kawża T-453/18)
(2018/C 352/45)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Alessandro Biasotto (Treviso, l-Italja) (rappreżentanti: F. le Divelec Lemmi, R. Castiglioni u E. Cammareri, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: OOFOS LLC (Reno, Nevada, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea OOF – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 961 767
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 1270/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tilqa’ dan ir-rikors fl-intier tiegħu
—
tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, tippermetti r-reġistrazzjoni tal-Applikazzjoni għal TMUE Nru 14 961 767 fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha indikati fiha fil-klassijiet 18, 25 u 35 (jew, possibbilment, titlob lill-EUIPO jeżamina mill-ġdid l-appell ippreżentat mir-rikorrenti fil-15 ta’ Ġunju 2017, din id-darba, madankollu, bi tqabbil tal-applikazzjoni kontenzjuża mat-trade mark tal-Opponent li għaliha saret l-applikazzjoni għar-Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 1 258 728);
—
tikkundanna lill-EUIPO jew lill-intervenjent għall-ispejjeż kollha sostnuti mhux biss fil-kuntest ta’ din il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali iżda anki dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell quddiem l-EUIPO.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy