24.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 341/23
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2018 – Zotkov vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-457/18)
(2018/C 341/34)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrent: Rossen D. Zotkov (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Stankov, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tordna l-annullament tad-Deċiżjoni tal-konvenuta Nru Ares (2018) 2294884 tat-30 ta’ April 2018 u r-reviżjoni tagħha fir-rigward tat-talba tiegħu għal allowance għall-ġenituri tiegħu, wara aġġustament tal-kalkolu fid-dawl tal-motivi u tal-argumenti mressqa minnu.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi:
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 50-2004/28.5.2005 min-naħa tal-konvenuta (u fuq il-kalkolu finanzjaru dderivat minn din l-interpretazzjoni) fir-rigward tal-applikazzjoni fil-prattika ta’ din id-deċiżjoni għall-evalwazzjoni ta’ persuni li huma l-proprjetarji tar-residenza tagħhom stess, interpretazzjoni u kalkolu li fil-fehma tar-rikorrent huma żbaljati:
—
lakuni fl-interpretazzjoni mill-perspettiva tan-natura (finanzjarja) speċifika tas-suġġett irregolat mill-imsemmija deċiżjoni tal-Kummissjoni,
—
interpretazzjoni bbażata fuq preżunzjonijiet li oġġettivament huma impossibbli,
—
l-interpretazzjoni mogħtija mill-konvenuta twassal għal kontradizzjonijiet interni bejn partijiet individwali tal-imsemmija deċiżjoni tal-Kummissjoni meta dawn jiġu eżaminati flimkien u mhux individwalment,
—
interpretazzjoni suġġettiva u kontenzjuża ta’ termini, kunċetti u espressjonijiet użati fit-test tal-imsemmija deċiżjoni tal-Kummissjoni, li s-sens tagħhom huwa ambigwu minn perspettiva lingwistika u/jew ġenerali,
—
preferenza favur indikaturi teoretiċi għal elementi finanzjarji individwali li fir-rigward tagħhom huma disponibbli indikaturi fattwali.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 50-2004/28.5.2004 min-naħa tal-konvenuta (u fuq il-kalkolu finanzjaru dderivat minn din l-interpretazzjoni) fir-rigward tal-applikazzjoni fil-prattika ta’ din id-deċiżjoni għall-użu ta’ koeffiċjent fir-rigward tal-pajjiż, interpretazzjoni u kalkolu li fil-fehma tar-rikorrent huma żbaljati:
—
interpretazzjoni u applikazzjoni ta’ koeffiċjent għal element konkret tal-kalkolu finanzjarju li jikkontradixxu n-natura u l-loġika stess ta’ dan il-koeffiċjent minn perspettiva finanzjarja teoretika u prattika.
Full & Egal Universal Law Academy