8.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 364/17
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2018 – Lotte vs EUIPO – Générale Biscuit-Glico France (PEPERO original)
(Kawża T-459/18)
(2018/C 364/17)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Lotte Corp. (Seul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentant: G. Ringeisen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Générale Biscuit-Glico France (Clamart, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni PEPERO original bil-kuluri aħmar, kannella, isfar, abjad
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 913/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija annullat it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 413 651 tal-kumpannija LOTTE u kkundannatha tirrimborsa l-ispejjeż u t-taxxi tal-kumpannija Générale Biscuit-Glico France;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-kumpannija Générale Biscuit-Glico France jirrimborsaw lill-kumpannija LOTTE l-ispejjeż tar-rappreżentanza professjonali f’kull waħda mill-proċeduri;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-kumpannija Générale Biscuit-Glico France għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 64 Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy