1.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/40
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2018 – Novartis vs EUIPO (SMARTSURFACE)
(Kawża T-463/18)
(2018/C 352/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Junquera Lara, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “SMARTSURFACE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru Nru 16 492 076
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 1765/2017-@2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddikjara li l-Artikoli 7(1)(b) u (c) u 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009 ma jipprekludux is-sinjal inkwistjoni (Trade mark Komunitarja Nru 16 492 076) fir-rigward tal-prodotti fil-Klassi 9 deskritti fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni u;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (c) u 7(2) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy