17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/54
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2018 – Grupo Bimbo vs EUIPO – Rubio Snacks (Tia Rosa)
(Kawża T-464/18)
(2018/C 328/74)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentanti: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rubio Snacks, SL (Bullas, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “Tia Rosa” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 442 883
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 2739/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn ikkonfermat li tintlaqa’ l-oppożizzjoni 002628793 magħmula kontra t-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Nru 14 442 883 Tia Rosa għall-prodotti li ġejjin fil-klassi 30:
Ċereali; Tortillas tad-dqiq jew tal-qamħirrum; Takos (krisps); Takos (ikel); krakers; krackers imħawra; biċċiet sħaħ taċ-ċereali; biċċiet sħaħ taċ-ċereali b’livell għoli ta’ proteini; preparazzjonijiet magħmulin minn ċereali; ħobż; ħobż bla ħmira; frak tal-ħobż; ftajjar rotob; ħobż ismar; ħobż magħmul b’diversi qmuħ; panini jqarmċu; prodotti tal-ikel imħejjija mid-dqiq; Prodotti ta' ikel ħafif, li jikkonsistu minn prodotti taċ-ċereal; Prodotti tal-ikel ħafif magħmula mid-dqiq tal-qamħirrum; Ikel ħafif lest għall-ikel magħmul mill-qamħirrum mitħun iffurmat permezz tal-estrużjoni; Prodotti tal-ikel ħafif ippreparati mill-qamħirrum; Ikel ħafif ibbażat fuq il-qamħ; Ikel ħafif ibbażat fuq il-ġulġlien; Krisps magħmul miċ-ċereali; Ikel ħafif tal-qamħirrum minfuħ; popkorn; popkorn imħawwar; il-prodotti preċedenti kollha bl-esklużjoni speċifika ta’ kull prodott magħmul mill-patata.
—
tikkonferma r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 442 883 Tia Rosa għall-prodotti kollha indikati.
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż, kemm fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO kif ukoll tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy