24.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 341/25
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2018 – Europlamp vs EUIPO (EUROLAMP pioneers in new technology)
(Kawża T-466/18)
(2018/C 341/36)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Eurolamp ABEE Eisagogis kai Emporias Lamptiron (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: A. Argiriadis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur tal-Unjoni “EUROLAMP pioneers in new technology” (rappreżentazzjoni tal-kombinazzjoni tal-kuluri segwenti: aħdar u iswed) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 180 821
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 1359/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tilqa’ r-rikors preżenti;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tilqa’, fl-intier tagħha, l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea bin-numru 16 180 821 għall-prodotti kollha mitluba, u
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001;
—
Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy