17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/55
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2018 – NSC Holding vs EUIPO – Ibercondor Barcelona (CONDOR SERVICE, NSC)
(Kawża T-468/18)
(2018/C 328/75)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: NSC Holding GmbH & Cie. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Eichhorst, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ibercondor Barcelona SA (Barcelona, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “CONDOR SERVICE, NSC” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 292 675
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 2440/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell;
sussidjarjament
—
tordna li l-kawża tintbagħat lura quddiem il-konvenut għal eżami indipendenti mill-ġdid.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy