24.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 341/26
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2018 – Battelle Memorial Institute vs EUIPO (HEATCOAT)
(Kawża T-469/18)
(2018/C 341/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Battelle Memorial Institute (Columbus, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth QC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HEATCOAT – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 865 263
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 36/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrent, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy