1.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/41
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2018 – Veit vs BĊE
(Kawża T-474/18)
(2018/C 352/49)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Sebastian Veit (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Kujath, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-3 ta’ Jannar 2018 dwar il-klassifikazzjoni tar-rikorrent b’effett mill-1 ta’ Jannar 2018 sa fejn tikklassifika lir-rikorrent biss fil-livell ta’ salarju 17 fil-grad ta’ salarju F/G;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-25 ta’ Mejju 2018 li tiċħad it-talba tar-rikorrent għall-klassifikazzjoni tiegħu fil-livell ta’ salarju 83 fil-grad ta’ salarju F/G b’effett mill-1 ta’ Jannar 2018;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa bbażat fuq dawn il-motivi:
1.
Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali
Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrent jallega li fil-każ ta’ kandidati interni – b’differenza mill-każ ta’ kandidati esterni li kienu jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli fil-kuntest ta’ kompetizzjonijiet identiċi – il-konvenut ħa inkunsiderazzjoni biss b’mod limitat l-esperjenza professjonali rilevanti.
2.
Ksur tal-prinċipju ta’ dmir ġenerali ta’ premura
Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrent jallega li, fil-kuntest tal-klassifikazzjoni, il-konvenut, mingħajr ġustifikazzjoni sostantiva, ittratta lir-rikorrent, bħala membru tal-persunal tiegħu, b’mod sfavorevoli meta mqabbel ma’ kandidati li kienu għadhom ma humiex fis-servizz tal-konvenut.
Full & Egal Universal Law Academy