24.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 341/28
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2018 – Multifit vs EUIPO (Premiere)
(Kawża T-479/18)
(2018/C 341/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Multifit Tiernahrungs GmbH (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “Premiere” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 660 383
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 2365/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy