8.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 364/19
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2018 – XF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-482/18)
(2018/C 364/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: XF (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tat-2 ta’ Ottubru 2017 li tirrifjutalu l-benefiċċju tal- allowance tal-installazzjoni fl-okkażjoni taċ-ċaqliq tiegħu u tal-bidu tal-funzjonijiet tiegħu fis-sede tas-SEAE.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 5 tal-Anness VII tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy