12.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/29
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2019 — XC vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-488/18)
(2019/C 270/31)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: XC (rappreżentant: C. Bottino, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla l-att ta’ esklużjoni tar-rikorrent mill-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/338/17 (abbażi tal-Artikolu 270 TFUE);
—
id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2018) 3969 (abbażi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE);
—
il-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/356/18 (abbażi tal-Artikolu 270 TFUE),
—
kif ukoll tordna l-kumpens għad-dannu f’dak l-ammont li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xierqa u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka:
Fuq it-talba għal annullament abbażi tal-Artikolu 270 TFUE tal-esklużjoni mill-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/338/17:
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikoli 3 u 7 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, kif interpretat, b’mod partikolari, mis-sentenza tal-Kawżi T-361/10, Pachitis vs Il-Kummissjoni u T-587/16, HM vs Il-Kummissjoni.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li, skont ir-rikorrent, il-proċess għall-preparazzjoni tal-eżerċizzju e-tray jikser l-obbligu ta’ kunfidenzjalità tal-proċeduri tal-Bord tal-Għażla previst mill-Artikolu 6 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-iżvolġiment tal-eżerċiżżju e-tray bil-mod previst mill-EPSO irrappreżenta għar-rikorrent diskriminazzjoni indiretta minħabba diżabbiltà u ksur tal-obbligu li jingħata reasonable adjustement.
Fuq it-talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2018) 3969 abbażi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE:
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji indikati fis-sentenzi tal-Kawżi T-516/14, Alexandrou vs Il-Kummissjoni, u C-491/15 P, Typke vs Il-Kummissjoni.
Fuq it-talba għal annullament tal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/356/18 abbażi tal-Artikolu 270 TFUE:
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-inkompetenza tal-EPSO minħabba li naqas milli jgħaddi lill-Bord tal-Għażla t-talba tiegħu għal eżami mill-ġdid fis-sens tal-punt 4.2.2 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali tal-kompetizzjoni, jew minħabba li ssostitwixxa ruħu għalih fid-deċiżjonijiet u/jew fil-motivi.
6.
Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-regoli tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-direttiva dwar diskriminazzjoni minħabba diżabbiltà.
Full & Egal Universal Law Academy