5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/38
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2018 – Neda Industrial Group vs Il-Kunsill
(Kawża T-490/18)
(2018/C 399/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Neda Industrial Group (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: L. Vidal, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Ġunju 2018 li żżomm is-sanzjonijiet fil-konfronti tiegħu, u
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2018 li żżomm lir-rikorrent fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1) u tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012 (2).
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata minħabba żball ta’ liġi.
—
F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-Kunsill ma weriex li hija pprovdiet sostnenn volontarju għall-attivitajiet nukleari tal-Iran li jippreżentaw riskju ta’ proliferazzjoni, li hija l-bażi legali għall-inklużjoni tiegħu fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012.
—
Ir-rikorrent iżid li l-fatt li l-Kunsill ma kkomunikalu ebda prova insostenn tal-allegazzjonijiet tiegħu jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata minħabba żball ta’ fatt.
—
F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li, fid-dawl tal-attivitajiet tiegħu u s-servizzi li huwa jipprovdi, huwa ma hu marbut la ma xi entità li hija suġġett ta’ sanzjonijiet u lanqas ma xi attività nukleari.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata minħabba ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità.
—
F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-inklużjoni tiegħu fuq il-lista ta’ entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi u r-rifjut li jitneħħa minn din il-lista ma huma la xierqa u lanqas neċessarji sabiex jintlaħqu l-għanijiet intiżi mir-Regolament Nru 267/2012 u li kkawżawlu dannu sproporzjonat.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU 2010, L 195, p. 39).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat- 23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU 2012, L 88, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy