1.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/43
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2018 – Vafo Praha vs EUIPO – Rutzinger-Kurpas (Meatlove)
(Kawża T-491/18)
(2018/C 352/52)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Vafo Praha s.r.o. (Chrášt’any, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Vojáček, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Susanne Rutzinger-Kurpas (Spigelau, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “Meatlove” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 557 374
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 264/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tad-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 46 tar-Regolament 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy