1.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/44
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2018 – Zhadanov vs EUIPO (Scanner Pro)
(Kawża T-492/18)
(2018/C 352/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Igor Zhadanov (Odessa, l-Ukraina) (rappreżentant: P. Olson, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Scanner Pro” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 257 727
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 1812/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tirreġistra t-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni Nru 16 257 727 għal prodotti fil-Klassijiet 9 u 42;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy