22.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/29
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2018 – PO vs SEAE
(Kawża T-494/18)
(2018/C 381/34)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: PO (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
taqta’ u tiddeċiedi dwar:
—
l-iskeda ta’ kalkolu tas-17 ta’ Ottubru 2017 li ntbagħtet lilu permezz tal-posta elettronika fl-istess jum mid-dipartiment tar-riżorsi umani tas-SEAE;
—
l-ittra elettronika tas-16 ta’ Jannar 2018 li ntbagħtet lilu mid-dipartiment tar-riżorsi umani tas-SEAE u li tikkonferma l-assenza ta’ bażi legali għall-qabża tal-limitu permess mir-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward ta’ ibnu u ta’ bintu;
—
sa fejn meħtieġ id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment imressaq fis-17 ta’ Jannar 2018 u nnotifikat lir-rikorrent fis-17 ta’ Mejju 2018;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-eċċezzjoni ta’ illegalità peress li d-deċiżjoni kkontestata, in-nota tal-15 ta’ April 2016 u n-nota tat-22 ta’ Settembru 2016 li fuqhom hija bbażata u l-Guidelines jiksru r-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u l-Anness X tagħhom.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni individwali kkontestata f’dan il-każ għar-raġunijiet li ġejjin:
—
il-ksur tal-prinċipji ta’ previdenza, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali u l-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba kif ukoll tad-drittijiet kweżiti tagħhom;
—
il-ksur tad-dritt għall-familja u għall-edukazzjoni;
—
il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni;
—
l-assenza ta’ bbilanċjar tal-interessi u tal-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-miżura adottata.
Full & Egal Universal Law Academy