1.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/46
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2018 – IAK – Forum International vs EUIPO – Schwalb (IAK)
(Kawża T-497/18)
(2018/C 352/56)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: IAK GmbH – Forum International (Kirchzarten, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Wilke, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Ulrich Schwalb (Köln, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni IAK – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 843 533
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 1511/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tibdel id-deċiżjoni kkontestata b’mod li t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tiġi miċħuda fl-intier tagħha;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy