1.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/47
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2018 – ZPC Flis v EUIPO – Aldi Einkauf (Happy Moreno choco)
(Kawża T-498/18)
(2018/C 352/57)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorreni: ZPC Flis sp.j. (Radziejowice, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Kondrat, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Happy Moreno choco – applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 028 087
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 1464/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO għal eżami mill-ġdid.
—
tbiddel id-deċiżjoni kkontestata billi tiddikjara li ma hemmx motivi għal rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 015028087 “Happy Moreno choco” għall-prodotti kollha fil-klassijiet 30 u 35 u li t-trade mark għandha tiġi rreġistrata;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż favur ir-rikorrenti.
Motivi
—
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament tal-Unjoni Ewropea u tal-Kunsill;
—
ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.
Full & Egal Universal Law Academy