8.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 364/20
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2018 – Currency One vs EUIPO — C (CINKCIARZ)
(Kawża T-501/18)
(2018/C 364/21)
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Currency One S.A. (Poznań, il-Polonja) (rappreżentant: P. Szmidt, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: C sp. z o. o. (Zielona Góra, il-Polonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “CINKCIARZ” – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 678 991
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 2598/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tal-istess regolament.
Full & Egal Universal Law Academy