15.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 373/15
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2018 – Pharmadom vs EUIPO – IRF (MediWell)
(Kawża T-502/18)
(2018/C 373/17)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pharmadom (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentant: M-P. Dauquaire, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IRF s. r. o. (Bratislava, is-Slovakkja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MediWell – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 078 645
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 6/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;
—
tiċħad it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy