15.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 373/17
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2018 – XG vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-504/18)
(2018/C 373/19)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: XG (rappreżentanti: S. Kaisergruber u A. Burghelle-Vernet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
konsegwentement:
—
tannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ Lulju 2018 meħuda minn [kunfidenzjali] (1) il-Kummissjoni Ewropea, li jinżamm ir-rifjut ta’ aċċess tar-rikorrent għas-siti tal-Kummissjoni;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att ikkontestat.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 3 tad- Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU 2015, L 72, p. 41) (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni 2015/443”), kif ukoll fuq in-nuqqas ta’ bażi legali tal-att ikkontestat.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, b’mod partikolari fuq il-ksur tal-Artikolu 67 TFUE, tal-Artikolu 6 TUE, tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2015/443, kif ukoll tal-Artikoli 6, 7, 8, 15, 27, 31, 41, 42, 47, 48 u 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Dan il-motiv jinqasam fi tliet partijiet:
—
l-ewwel parti, ibbażata fuq il-ksur tad-drittijiet għall-libertà, għall-ħajja privata, għall-protezzjoni tad-data ta’ natura personali u tad-dritt ta’ eżerċizzju liberu tal-impjieg;
—
it-tieni parti, ibbażata fuq il-ksur tad-drittijiet għal amministrazzjoni tajba, għat-trasparenza, għall-aċċess għad-dokumenti u għal rimedju effettiv, kif ukoll fuq il-ksur tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-drittijiet tad-difiża;
—
it-tielet parti, ibbażata fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
4.
Ir-raba’ motiv, imqajjem sussidjarjament, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-prinċipji ta’ motivazzjoni proċedurali u sostantiva tal-atti unilaterali. Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet:
—
l-ewwel parti, ibbażata fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni proċedurali tal-att ikkontestat;
—
it-tieni parti, ibbażata fuq nuqqas ta’ motivazzjoni sostantiva tal-att ikkontestat.
(1) Informazzjoni kunfidenzjali moħbija.
Full & Egal Universal Law Academy